# PPR, regolament 178. Awtodikjarazzjoni-jiet aġġornati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/178 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/178
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni riveduta u aġġornata kif previst fir-regolamenti 225, 226 u 227, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.
(2) Id-dispożizzjonijiet tar-regolament 229 għandhom japplikaw matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri.
