# PPR, regolament 174. Sistemi dinamiċi ta’ xiri

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/174 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/174
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

(1) Għal xiri użat b’mod komuni li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kontraenti, l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri.
(2) Imħassar bl-Avviż Legali 56 tal-2021.
(3) Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha tiġi operata bħala proċess kompletament elettroniku, u għandha tkun miftuħa matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema tax-xiri għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla.
(4) Din tista’ tiġi maqsuma f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandu jitwettaq taħt il-kategorija kkonċernata. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu referenza għad-daqs massimu permissibbli ta’ kuntratti speċifiċi sussegwenti jew għal żona geografika speċifika li fiha ser jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.
