# PPR, regolament 17. Ħatra ta’ Kumitat ta’ Evalwazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/17 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/17
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

(1) Meta jinħatar Kumitat ta’ Evalwazzjoni minn awtorità kontraenti elenkata fl-Iskeda 2, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għandu jevalwa l-offerti mitfugħa mill-operatur ekonomiku u jagħmel rakkomandazzjonijiet permezz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni u jikkomunika r-rapport kif ġej:
   (a) jekk il-valur stmat tal-offerta jaqa’ taħt il-limitu stabbilit bir-regolament 9(1)(a) ir-rapport individwali għandu jintbagħat lill-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti u għandu jiġi mħejji skont ir-regolament 113;
   (b) jekk il-valur stmat tal-offerta jaqa’ taħt il-limitu stabbilit bir-regolament 9(1)(b) ir-rapport individwali għandu jintbagħat lid-Direttur u għandu jiġi mħejji skont ir-regolament 241.
(2) Meta Kumitat ta’ Evalwazzjoni jiġi maħtur minn awtorità kontraenti elenkata fl-Iskeda 3, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni u jikkomunika r-rapport lill-awtorità kontraenti.
(3) Meta Kumitat ta’ Evalwazzjoni jiġi maħtur mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali, dan għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni u jikkomunika r-rapport lill-imsemmija Unità.
