# PPR, regolament 161. Kuntratti riżervati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/161 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/161
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Awtorità kontraenti tista’ tirriżerva d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30% tal-impjegati ta’dawk il-workshops, operaturi ekonomiċi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.
(2) Is-sejħa għal kompetizzjoni għal kuntratti riżervati għandha tagħmel referenza għal dan ir-regolament.
