# PPR, regolament 160. Deċiżjonijiet tal-ġurija

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/160 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/160
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjonijiet tagħha.
(2) Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.
(3) Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmul skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti dwarha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.
(4) L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għall-opinjoni jew deċiżjoni tagħha.
(5) Jekk ikun hemm bżonn, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.
(6) Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.
