# PPR, regolament 158. Regoli dear l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn u l-għażla tal-parteċipanti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/158 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/158
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw ir-regoli msemmija fir-regolamenti 2, 3, 4, 6 sa 8, 13, 16, 26 sa 32, 39, 40, 46, 48, 57, 58, 157 sa 161 u t-Taqsima IX.
(2) Id-dħul ta’ parteċipanti għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandux ikun limitat:
   (a) mir-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;
   (b) minn raġunijiet li jkunu meħtieġa li jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
(3) Fejn il-kompetizzjonijiet ta’ disinn huma limitati għal numru limitat ta’ parteċipanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna jipparteċipaw għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.
