# PPR, regolament 155. Offerta meqjusa mhux adatta

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/155 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/155
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li hija ċara li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist.
