# PPR, regolament 152. Ripetizzjioni ta’ xogħlijiet simili

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/152 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/152
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(a) Jekk il-proċedura negozjata tintuża biex titwettaq ripetizzjoni ta’ xogħlijiet simili, il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom se jingħataw.
   (b) Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw il-limiti stabbiliti fl-Iskeda 5.
   (ċ) Il-proċedura negozjata għal ripetizzjoni ta’ xogħlijiet simili tista’ tintuża biss matul it-tliet snin wara li jintemm il-kuntratt oriġinali.
