# PPR, regolament 150. Użu ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/150 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/150
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Meta mitlub bil-miktub mill-awtorità kontraenti d-Direttur jista’, bla ħsara għal kull kondizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, japprova l-użu ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi kif speċifikat fir-regolamenti li ġejjin.
(2) It-talba magħmula mill-awtorità kontraenti għandħa debitament tissostanzja l-ħtieġa tal-proċedura negozjata.
