# PPR, regolament 148. Negozjati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/148 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/148
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità skont ir-regolament 239 jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.
