# PPR, regolament 144. Ħtiġiet u rekwiżiti tal-awtorità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/144 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/144
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-ħtigijiet u r-rekwiżiti tagħhom fl-avviż dwar kuntratt u għandhom jiddefinixxu dawk il-ħtigijiet u r-rekwiżiti f’dak l-avviż u, jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perijodu ta’ żmien indikattiv.
