# PPR, regolament 143. Parteċipazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/143 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/143
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-evalwazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jieħdu sehem fid-djalogu. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mar-regolament 237. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont ir-regolament 239(2).
