# PPR, regolament 140. Djalogu kompetittiv

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/140 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/140
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Meta mitlub mill-awtorità kontraenti, id-Direttur tal-Kuntratti jista’, bla ħsara għal kull kondizzjoni li jidhirlu li għandu jimponi, japprova bil-miktub l-użu ta’ djalogu kompetittiv fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
   (a) fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
      (i) il-ħtigiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta’ soluzzjonijiet faċilment disponibbli;
      (ii) jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;
      (iii) il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, il-kumplessità jew il-forma legali jew finanzjarja jew minħabba r-riskji marbuta magħhom;
      (iv) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b’referenza għal xi standard, il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni jew referenza teknika skont kif imfissra fir-regolament 2;
   (b) fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi fejn, b’risposta għal proċedura miftuħa jew ristretta, ġew ippreżentati biss offerti irregolari jew mhux aċċettabbli. F’tali sitwazzjonijiet, m’għandux ikun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jippublikaw avviż ta’ kuntratt fejn huma jinkludu l-offerenti kollha, u dawk biss, li jkunu ssodisfaw il-kriterji stabbiliti taħt it-Taqsima VI u r-regolamenti 217 sa 235 u li, matul il-proċedura miftuħa jew ristretta ta’ qabel, ikunu ssottomettew offerti skont ir-rekwiżiti formali tal-proċedura ta’ akkwist.
