# PPR, regolament 139. Eżekuzzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/139 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/139
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, il-perijodu u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirreflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tal-provvisti, is-servizzi jew xogħlijiet ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.
