# PPR, regolament 137. Għażla

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/137 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/137
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.
(2) Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti.
