# PPR, regolament 134. Struttura

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/134 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/134
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi wara s-sekwenza tal-passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-prodotti, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti adatti.
