# PPR, regolament 132. Limiti ta’ żmien

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/132 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/132
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż għal kuntratt jew meta tiġi pubblikata s-sejħa għall-kompetizzjoni, kif ikun il-każ. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li huma mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta li jistgħu jieħdu sehem fil-proċedura. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mar-regolament 237. Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont ir-regolament 239(2).
