# PPR, regolament 128. Sħubija għall-innovazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/128 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/128
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Meta mitlub mill-awtorità kontraenti d-Direttur jista’, bla ħsara għal kull kondizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, japprova bil-miktub l-użu tal-proċedura tas-sħubija għall-innovazzjoni.
(2) Din it-talba għandha tkun sostnuta minn dokumenti li juru li l-ħtieġa tal-awtorità kontraenti ma tistax tintlaħaq billi jinkisbu provvisti, servizzi jew xogħlijiet diġà disponibbli fis-suq.
