# PPR, regolament 126. Eliġibilità

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/126 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/126
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jissottomettu offerta inizjali li għandha tkun il-bażi għan-negozjati sussegwenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mar-regolament 237.
