# PPR, regolament 125. Limiti ta’ żmien

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/125 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/125
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha l-avviż dwar kuntratt ntbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew minn meta tiġi pubblikata s-sejħa għall-kompetizzjoni, kif ikun il-każ, waqt li l-limitu ta’ żmien minimu biex jintlaqgħu offerti inizjali għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha intbagħtet l-istedina.
(2) Id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 121 u 122 għandhom japplikaw mutatis mutandis ukoll għall-proċedura tal-kompetizzjoni b’negozjar.
