# PPR, regolament 124. Suġġett tal-akkwist

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/124 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/124
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jidentifikaw is-suġġett tal-akkwist billi jipprovdu deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom u l-karatteristiċi mitluba mill-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li ser jiġu akkwistati u jispeċifikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Huma għandhom jindikaw ukoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.
(2) L-informazzjoni mogħtija għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tal-akkwist u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.
