# PPR, regolament 122. Proċess aċċellerat

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/122 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/122
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fejn stat ta’ urġenza sostanzjat sew mill-awtoritajiet kontraenti jirrendi imprattikabbli l-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-regoolament qabel dan, dawn jistgħu jistabbilixxu:
   (a) limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni li ma għandux ikun inqas minn ħmistax-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt;
   (b) limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti li ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-offerti.
