# PPR, regolament 119. Pubblikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/119 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/119
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha ġiet ippubblikata s-sejħa għal offerti.
(2) Meta il-valur stmat tal-proċedura ristretta hu daqs jew jeċċedi l-valuri stabbiliti taħt l-Iskeda 5, il-limiti ta’ żmien stabbiliti hawn qabel għandhom jibdew jgħoddi mid-data meta l-avviż ta’ kuntratt jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
