# PPR, regolament 118. Proċedura ristretta

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/118 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/118
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fi proċeduri ristretti, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal sejħa għall-kompetizzjoni billi jipprovdi l-informazzjoni rikjesta mill-awtorità kontraenti fid-dokument tal-akkwist.
(2) Meta il-valur stmat tal-proċedura ristretta hu daqs jew jeċċedi l-valuri stabbiliti taħt l-Iskeda 5, is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni imniżżla fl-Iskeda 9, taqsimiet B jew Ċ, kif ikun il-każ, billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tħun rikjesta mill-awtorità kontraenti.
