# PPR, regolament 117. Eżami ta’ offerti fi proċeduri miftuħa

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/117 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/117
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fil-proċeduri miftuħa, l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jiġu vverifikati n-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont it-Taqsima VI u r-regolamenti 217, 226, 230, 231, 232, 233, 234 u 235. Fejn jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà, huma għandhom jiżguraw li l-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla titwettaq b’mod imparzjali u trasparenti sabiex l-ebda kuntratt ma jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont it-Taqsima VI jew li ma jissodisfax il-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtoriità kontraenti.
