# PPR, regolament 113. Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/113 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/113
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Għal kull sejħa jew ftehim qafas maħruġa taħt din it-Taqsima, l-awtoritajiet kontraenti għandhom iħejju rapport bil-miktub li jkun fih għall-inqas dan li ġej:
   (a) l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratt pubbliku jew tal-ftehim qafas;
   (b) fejn applikabbli, ir-riżultati tal-għażla kwalitattiva;
   (ċ) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti ammessi u r-raġunijiet għall-għażla;
   (d) l-ismijiet tal-kandidati jew tal-offerenti miċħuda jew esklużi u r-raġunijiet għal dak ir-rifjut jew dik l-esklużjoni;
   (e) l-isem tal-offerent li jirnexxi u r-raġunijiet għaliex tkun intgħażlet l-offerta tiegħu u, jekk ikun magħruf, kull parti mill-kuntratt jew mill-ftehim qafas li l-offerent li jirnexxi jista’ jkollu ħsieb li jagħti b’subkuntratt lil terzi; u, jekk ikunu magħrufa f’dak il-ħin, l-ismijiet tas-subkuntratturi tal-kuntrattur prinċipali, jekk ikun hemm; u
   (f) fejn ikun applikabbli, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas.
