# PPR, regolament 110. Ftuħ u aġġudikazzjoni ta’ offerti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/110 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/110
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-offerti jinfetħu pubblikament minn żewġ uffiċjali tal-awtorità kontraenti. L-ismijiet tal-offerenti u l-prezzijiet ikkwotati għandhom ukoll isiru pubbliċi jew permezz tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern jew permezz tan-notice board fil-bini tal-awtorità kontraenti.
(2) Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima VI għandhom japplikaw għall-aġġudikazzjoni tal-offerti u kwotazzjonijiet sottomessi.
