# PPR, regolament 11. Responsabbiltà

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/11 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/11
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, id-Direttur u l-familja tiegħu l-aktar qrib ma jkunux ikkunsidrati responsabbli personalment għal xi att jew ommissjoni li jsiru bonafidi. Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "il-familja l-aktar qrib" tfisser il-konjuġi u t-tfal tad-Direttur.
