# PPR, regolament 107. Approvazzjoni tad-Direttur

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/107 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/107
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-approvazzjoni bil-miktub tad-Direttur tkun meħtieġa kull darba li awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tixtieq twettaq proċess ta’ akkwist pubbliku permezz ta’ kompetizzjoni ta’ disinn, ftehim qafas, sħubija għall-innovazzjoni jew proċedura ristretta. Waqt li japprova l-użu ta’ dawn il-proċeduri, id-Direttur jista’ jimponi kull kondizzjoni li jqis xierqa għall-eżekuzzjoni korretta tal-imsemmija proċedura.
