# PPR, regolament 103. Kuntratt dirett f’każijiet eċċezzjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/103 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/103
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 233 tal-2017

Provvisti, xogħlijiet jew servizzi li l-valur tagħhom jeċċedi għaxart elef euro (€10,000) jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiġu akkwistati permezz ta’ kuntratt dirett minn xi awtorità kontraenti wara li tinkiseb l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Ministru li jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu bil-miktub lis-Segretarju Permanenti jew xi uffiċjal anzjan ieħor fil-Ministeru tiegħu: Iżda awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 3 għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel tal-Ministru responsabbli għal dik l-awtorità kontraenti, li jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu bil-miktub lis-Segretarju Permanenti, lil xi uffiċjal anzjan ieħor fil-Ministeru tiegħu jew lill-Kap tal-awtorità kontraenti minflok il-Ministru.
