# PPR, regolament 102. Sejħa għal kwotazzjonijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/102 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/102
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni bil-miktub mid-Direttur, sejħiet għal kwotazzjonijiet li jeċċedu ħamest elef euro (€5,000) u sejħiet dipartimentali għal offerti għandhom jiġu ppubblikati fil-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern.
(2) Jekk l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa ma tużax il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti, li l-valur stmat tagħhom jaqbeż il-hamest elef euro (€5,000), hija għandha tavza bil-pubblikazzjoni tagħhom permezz ta’ avviż fil-Gazzetta.
