# L.S. 601.09, Skeda 9. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Għoti ta’ Konċessjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/skeda-9 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/schedule-9
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt
- Regolament 96

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u, fejn adatt, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Kodiċi CPV.
4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz.
5. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.
6. Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti użata, fil-każ ta’ għoti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.
7. Il-kriterji msemmija fir-regolament 79 li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.
8. Id-data tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tal-għoti tal-konċessjoni.
9. L-għadd ta’ offerti li waslu fir-rigward ta’ kull għotja, inkluż:
   (a) l-għadd ta’ offerti li waslu mingħand operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji;
   (b) in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż;
   (ċ) l-għadd ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku
10. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża:
   (a) informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja;
   (b) informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni ngħatatx lil konsorzju.
11. Valur u t-termini finanzjarji prinċipali tal-konċessjoni mogħtija, inkluż:
   (a) prezzijiet tat-tariffi u l-imposti, jekk jeżistu;
   (b) premjijiet u ħlasijiet, jekk jeżistu;
   (ċ) kwalunkwe dettall ieħor relatat mal-valur tal-konċessjoni kif stabbilit fir-regolament 55(1).
12. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
13. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
14. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-konċessjoni(jiet) irreklamati f’dan l-avviż.
15. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
16. Metodu użat biex jiġi kkalkultat il-valur stmat tal-konċessjoni, jekk mhux speċifikat f’dokumenti oħra tal-konċessjoni f’konformità mar-regolamenti 53 sa 56.
17. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
