# L.S. 601.09, Skeda 5. Lista ta’ Atti Legali tal-Unjoni [Regolament 2(2)]

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/skeda-5 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/schedule-5
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m’għandhomx jikkostitwixxu "drittijiet speċjali jew esklużivi" fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti. Dan li ġej jelenka proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux "drittijiet speċjali jew esklużivi" fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti:
   (a) l-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;
   (b) awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-Direttiva 2009/72/KE;
   (ċ) l-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat;
   (d) proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-użu ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE;
   (e) kuntratti pubbliċi ta’ servizzi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.
