# L.S. 601.09, Skeda 13. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Modifiki ta’ Konċessjoni waqt il-terminu tiegħu

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/skeda-13 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/schedule-13
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt
- Regolament 85

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Kodiċi CPV.
3. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq ta’ konċessjonijiet ta’ servizz.
4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi.
5. Fejn ikun applikabbli, il-modifika tal-valur tal-konċessjoni, inkluż żieda fil-prezzijiet jew tariffi kkawżati mill-modifika.
6. Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li rrendew meħtieġa l-modifika.
7. Id-data tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.
8. Fejn ikunu applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.
9. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.
12. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
13. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
