# L.S. 601.09, Skeda 11. Karatteristiċi li jikkonċernaw il-Pubblikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/skeda-11 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/schedule-11
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Pubblikazzjoni ta’ avviżi
1. L-avviżi imsemmija fir-regolamenti 95 u 96 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati f’konformità mar-regoli li ġejjin:
   - avviżi imsemmija fir-regolamenti 95 u 96 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
   - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fir-regolament 97(2) u (3).
2. Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku
Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-Internet ‘http://simap.europa.eu’.
