# L.S. 601.09, Skeda 10. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Għoti ta’ Konċessjoni li tikkonċerna Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/skeda-10 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/schedule-10
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt
- Regolament 96

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
4. Indikazzjoni sommarju tas-suġġett tal-konċessjoni.
5. L-għadd ta’ offerti rċevuti.
6. Il-valur tal-offerta magħżula, inkluż it-tariffi u l-prezzijiet.
7. Isem u indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi magħżula. 8. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
