# L.S. 601.09, regolament 99. Pubblikazzjoni tar-rikors

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/99 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/99
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Ir-rikors minn min qed jagħmel l-ilment għandu jitwaħħal fuq in-notice board tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u għandu wkoll jiġi ppubblikat fuq il-website tal-istess bord.
(2) Il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandu jinnotifika lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti u lid-Direttur dwar din it-talba.
(3) Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kandidati prospettivi biex iżuru l-website tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u għandhom ikunu konxji bl-aħħar informazzjoni ppubblikata fuq l-internet.
