# L.S. 601.09, regolament 98. Rimedji qabel id-Data tal-Għeluq ta’ Sejħa għal Kompetizzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/98 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/98
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt
- Amended by: A.L. 196 tal-2020

Kandidati prospettivi jistgħu, ġurnata qabel id-data tal-għeluq ta' sejħa għal kompetizzjoni, jippreżentaw rikors b’raġunijiet quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi:
   (a) sabiex jiġu mwarba jew jiġi żgurat t-twarrib ta’ deċiżjonijiet inklużi l-klawsoli li jkun fih d-dokument ta’ akkwist u noti ta’ kjarifika meħuda illegalment f’dan l-istadju jew li huma ppruvati li jkunu impossibbli li jitwettqu; jew
   (b) sabiex jiġu determinati kwistjonijiet relatati mas-sottomissjoni ta’ offerta pemezz ta’ pjattaforma tal-akkwist elettoniku tal-gvern; jew
   (ċ) sabiex jitneħħew speċifikazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji diskriminatorji li jkunu preżenti fis-sejħa għal kompetizzjoni, fid-dokument ta’ konċessjonijiet, fin-noti ta’ kjarifikazzjonijiet jew f’kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt; jew
   (d) sabiex jiġu kkoreġuti żbalji jew sabiex jitneħħew ambigwitajiet ta’ xi frażi jew klawżola partikolari inklużi fis-sejħa għal kompetizzjoni, fid-dokument ta’ konċessjonijiet, fin-noti ta’ kjarifikazzjonijiet jew f’kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt; jew
   (e) sabiex tiġi kkanċellata s-sejħa għal kompetizzjoni fuq il-bażi li s-sejħa għal kompetizzjoni tikser kwalunkwe liġi jew li x’aktarx tikser xi liġi partikolari jekk il-ksur ikompli.
