# L.S. 601.09, regolament 96. Avviżi ta’ għoti ta’ konċessjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/96 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/96
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin jum wara l-għoti ta’ konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu, f’konformità mal-proċeduri previsti fir-regolament 97, avviż tal-għoti ta’ konċessjoni dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni. Għal servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Iskeda 6, tali avviżi jistgħu, madankollu, jiġu raggruppati kull trimestru. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien tmienja u erbgħin jum minn tmiem kull trimestru.
(2) L-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Iskeda 9, jew fir-rigward ta’ konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Iskeda 6, l-informazzjoni li tinsab fl-Iskeda 10, u għandhom jiġu ppubblikati skont id-dispożizzzjonijet tar-regolament 97.
