# L.S. 601.09, regolament 94. Tmiem ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/94 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/94
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu itemmu kuntratt matul it-terminu tiegħu, meta:
   (a) tkun saret modifika tal-konċessjoni li tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ konċessjoni skont ir-regolament 85;
   (b) il-konċessjonarju kien, fil-ħin tal-għoti tal-konċessjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fir-regolament 192 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni;
   (ċ) l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tat konċessjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha taħt it-Trattati, 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill of 26 February 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jew dawn ir-regolamenti;
   (d) il-kuntrattur ifalli milli jwettaq kwalunkwe obbligu li ġie kkuntrattat għalih.
(2) Jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ma jkollhiex raġuni valida għat-tmiem, hija għandha tikkumpensa lill-kuntrattur l-ispejjeż u x-xogħol kollu tiegħu u tħallsu s-somma stabbilita mill-qorti, skont iċ-ċirkostanzi, iżda s-somma ma għandhiex taqbeż is-somma tal-profitti li l-kuntrattur ikun għamel mill-kuntratt.
(3) Jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jkollha raġuni valida għat-tmiem, hija għandha tħallas lill-kuntrattur, dik is-somma biss li ma ta taqbiżx l-ispejjeż u x-xogħol attwali ppruvati tal-kuntrattur.
(4) Kull ħlas li jkun sar bil-quddiem lill-kuntrattur qabel it-tmien tal-kuntratt għandu jiġu applikat għas-somma dovuta skont is-subregolamenti (2) jew (3) u l-kuntrattur għandu jrodd lura lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti kull żejjed li jibqa’.
(5) Il-kuntratt għandu jintemm immedjatament meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tinforma lill-kuntrattur, b’kull mezz li jkun, tad-deċiżjoni tiegħu biex itemm il-kuntratt, u dan mingħajr il-ħtieġa ta’ xi awtorizzazzjoni u konferma minn xi qorti jew Bord.
