# L.S. 601.09, regolament 93. Tilwim fuq modifiki

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/93 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/93
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Tilwim, dwar jekk kompitu partikolari jifformax parti mill-kuntratt ta’ konċessjoni jew inkella jikkostitwixxi modifika lill-konċessjoni oriġinali bejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti u l-konċessjonarju, ma għandhomx idewwmu jew jissospendu l-kontinwazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni, iżda l-konċessjonarju għandu d-dritt li jasserixxi t-talba tiegħu quddiem kwalunkwe qorti jew tribunal kontra l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti sabiex jirċievi ħlas addizzjonali għal dak il-kompitu jekk jirriżulta li ma jifformax parti mill-kuntratt oriġinal ta’ konċessjoni.
(2) Din l-azzjoni għal kumpens addizzjonali mill-konċessjonarju għandha tkun preskritta bl-iskadenza ta' sentejn li għandhom jibdew mill-ġurnata meta l-konċessjonarju jsir jaf jew seta’ sar jaf bil-kompitu.
