# L.S. 601.09, regolament 9. Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/9 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/9
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Iskeda 6 li jkollhom valur stmat li jkun inqas mil-limitu stabbilit fl-Iskeda 3 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima V.
(2) Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Iskeda 6, li jkollhom valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Iskeda 3 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi li jirriżultaw mir-regolamenti 95(3), 96 u t-Taqsima V.
