# L.S. 601.09, regolament 89. Kunsens tal-konċessjonarju biex tiġi eżegwita l-modifika

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/89 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/89
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Ladarba l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tapprova modifika, il- konċessjonarju għandu jistipula bil-miktub jekk jaċċettax l-eżekuzzjoni tal-istess modifika bir-rati finanzjarji jew ammonti u fi żmien tal-medda tal-ħin kif speċifikat mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti.
(2) Jekk il-konċessjonarju iwettaq il-modifika mingħajr ma jipprovdi konferma bil-miktub, għandu jiġi meqjus illi huwa aċċetta li jwettaq il-modifika bil-kundizzjonijiet stipulati mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti.
