# L.S. 601.09, regolament 87. Rekord tal-modifiki

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/87 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/87
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) L-awtorità kontraenti u l-entità kontraenti għandhom iżommu rekord sħiħ ta' talbiet għal modifiki, inkluż l-isem tal-konċessjonarju involut u d-dettalji tad-dokumenti speċifikati fir-regolament 88.
(2) L-awtorità kontraenti u l-entità kontraenti għandhom kull sitt xhur jibagħtu lid-Direttur rapport dwar il-modifiki inkluż l-informazzjoni kollha inkluża fir-regolament 88 u s-subregolament (1) ta’ hawn: Iżda d-Direttur jista’ jitlob għal aktar informazzjoni barra minn dawk sottomess mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti.
