# L.S. 601.09, regolament 86. Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/86 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/86
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Fl-għoti jew ir-rifjut ta' modifika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tqis kull force majeure, jew li avvenimenti mhux previsti jipprevalu u għandha tispeċifika jekk tali modifika setgħetx tiġi evitata. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha wkoll tistabbilixxi taħt liema regolament din il-modifika qed tiġi approvata u spjegazzjoni dettaljata u deskrizzjoni tal-modifika inkwistjoni.
