# L.S. 601.09, regolament 8. Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/8 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/8
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, għall-Istat Membru fejn għandhom isiru tali konċessjonijiet, ikun ġie stabbilit skont ir-regolament 28 tar-Regolamenti tal-2016 dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali, li l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont ir-regolament 27 tal-imsemmija regolamenti.
