# L.S. 601.09, regolament 78. Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/78 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/78
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni stabbiliti fir-regolament 77, operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Fejn operatur ekonomiku jixtieq joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perijodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-għan. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli konġuntament għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
(2) Taħt l-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fir-regolamenti 58 u 59 jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.
