# L.S. 601.09, regolament 77. Valutazzjoni kwalitattiva ta’ kandidati, operaturi ekonomiċi u offerenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/77 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/77
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni relatati mal-kapaċità professjonali u teknika u l-istatus finanzjarju u ekonomiku tal-kandidati jew l-offerenti, abbażi ta’ awtodikjarazzjonijiet, referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-avviż tal-konċessjoni li għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni. Il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu relatati u proporzjonati għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-konċessjonarju li jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tas-suġġett tal-konċessjoni u l-fini li tiżgura kompetizzjoni ġenwina.
