# L.S. 601.09, regolament 74. Konċessjonijiet riżervati

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/74 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/74
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew li jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas tletin fil-mija tal-impjegati ta’ dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati.
(2) Fil-każ ta’ offerti b’valur stmat li jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Iskeda 3, l-avviż ta’ konċessjoni jew, fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi kif imfissra fir-regolament 9(2), l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għandu jagħmel referenza għal dan ir-regolament.
