# L.S. 601.09, regolament 73. Limitu fuq it-tul ta’ konċessjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/73 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/73
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi.
(2) L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.
